Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2007 –
Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C‑115/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/27/KE – Speċjalitajiet farmaċewtiċi – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l- punt 9)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 34). |
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/27/KE tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż. |