Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja

Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni

Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 85).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.