Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2007 –
Il-Kummissjoni vs Il-Belġju

(Kawża C‑90/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/12/KE – Ippakkjar u skart ta’ ppakkjar – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 11)

2.                     Stati Membri – Obbligi – Eżekuzzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 13)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, il-provvedimenti neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/12/KE, tal-11 ta’ Frar 2004, li temenda d-Direttiva 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart ta’ l-ippakkjar (ĠU L 47, p.26).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax il-provvedimenti leġiżlattivi, regolamentari u amministrativi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/12/KE, tal-11 ta’ Frar 2004, li temenda d-Direttiva 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart ta’ l-ippakkjar, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skond din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.