Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007 –
Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C‑26/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/80/KE – Kumpens għal vittmi ta’ delitti – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 6)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar kumpens għal vittmi ta’ delitti (ĠU L 261, p. 15)

Dispożittiv

1)

1) Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar kumpens għal vittmi ta’ delitti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati l-ispejjeż.