Keywords
Subject of the case
Parti operattiva
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal-kawża – Insuffiċjenza tat-traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 2003/110, Artikolu 5(2)) (ara l-punti 6-7)
2. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Direttivi – Eżekuzzjoni mill-Istati Membri (It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 249 KE) (ara l-punt 11)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu previst mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 13)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ adozzjoni, fit-terminu previst, tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, fuq l-għajnuna f’każijiet ta’ transitu għal raġunijiet ta’ tneħħija [tkeċċija] bl-ajru (ĠU L 321, p. 26).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, fuq l-għajnuna f’każijiet ta’ transitu għal raġunijiet ta’ tneħħija [tkeċċija] bl-ajru, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2) Ir-rikors huwa miċħud għal dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/110.
3) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.