21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-525/07 P) (1)

(Appell - Uffiċjali - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Obbligu ta' assistenza - Fastidju psikoloġiku - Kumpens għal dannu - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

(2009/C 69/21)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Philippe Combescot (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent u S. Corongiu, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007, Combescot vs Il-Kummissjoni (T-249/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba intiża, minn naħa, sabiex tiġi rikonoxxuta l-illegalità tal-aġir tas-superjuri tar-rikorrent, sabiex jiġi rikonoxxut id-dritt ta' dan tal-aħħar għall-assistenza u għall-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2001 u l-31 ta' Diċembru 2002 u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta' kumpens għad-dannu allegat subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

P. Combescot huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.