21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta' Ottubru 2008 — AGC Flat Glass Europe SA, li qabel kienet Glaverbel SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-513/07) (1)

(Appell - Trade markKomunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(3) - Trade mark figurattiva li trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-istruttura tal-wiċċ tal-ħġieġ - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Prova tal-karattru distinttiv miksub permezz ta' użu - Pubbliku rilevanti u territorju li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni)

(2009/C 69/20)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: AGC Flat Glass Europe SA, li qabel kienet Glaverbel SA (rappreżentant: T. Koerl, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007, Glaverbel SA vs L-UASI (T-141/06), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 986/2004-4 tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Marzu 2006, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur li tiċħad ir-reġistrazzjoni ta' trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-istruttura tal-wiċċ tal-ħġieġ għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19 u 21

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

AGC Flat Glass Europe SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.