7.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 142/10 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' April 2008 — Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH vs Fels-Werke GmbH, Spenner-Zement GmbH & Co. KG, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-503/07 P) (1)
(Appell - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet serra - Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis - Repubblika Federali tal-Ġermanja - Allokazzjoni ta' kwoti - Perijodu 2008/2012 - Kundizzjonijiet - Interess individwali - Inammissibbiltà - Dritt għal smigħ xieraq)
(2008/C 142/15)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (rappreżentanti: H. Posser u S. Altenschmidt, Rechtsanwälte)
Appellati: Fels-Werke GmbH, Spenner-Zement GmbH & Co. KG, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: U. Wölker, aġent)
Suġġett
Appell imressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Settembru 2007, Fels-Werke et vs Il-Kummissjoni (T-28/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, innotifikat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32) — Ħtieġa li l-parti tkun ikkonċernata individwalment mid-deċiżjoni kkontestata — Dritt għal smigħ xieraq u għal proċess ġust
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |