23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 51/30


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Ottubru 2007 — Derya Beyatli vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-238/07 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali għaċ-ċittadini tar-Repubblika ta' Ċipru - Avviz ta' kompetizzjoni - Termini - Ilment - Ittra indirizzata lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Ċipru)

(2008/C 51/51)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Derya Beyatli (rappreżentant: A. Demetriades, dikigorosd)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummisjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u M. H. Kraemer, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta' Marzu 2007, Beyatli u Candan vs Il-Kummissjoni (T-455/04), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/A/1/03, sabiex tiġi stabbilita lista ta' riżerva għal Assistenti Amministraturi ta' nazzjonalità Ċiprijotta, li ma ppermettietx lir-rikorrenti jagħmlu l-eżami orali ta' l-imsemmija kompetizzjoni — Terminu sabiex jitressaq ilment skond l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Is-Sinjura Beyatli għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  GU C 183, 4.8.2007.