21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Raad van State — L-Olanda) — Minister voor Wonen, Wijken en Integratie vs Woningstichting Sint Servatius

(Kawża C-567/07) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 56 KE - Restrizzjonijiet - Ġustifikazzjonijiet - Politika ta’ akkomodazzjoni soċjali - Servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali)

2009/C 282/09

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister voor Wonen, Wijken en Integratie

Konvenuta: Woningstichting Sint Servatius

Suġġett

Talb għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56, 58, 86(2), 87 u 88 KE — Liġi nazzjonali li tipprojbixxi, fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-Ministru kkonċernat, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet transkonfinali minn impriża li għandha l-inkarigu, skond il-liġi, li twettaq xogħlha fil-kuntest tal-politika tal-akkomodazzjoni soċjali tal-Istat Membru kkonċernat — Politika tal-akkomodazzjoni soċjali u interess ġenerali

Dispożittiv

L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżerċizzju tal-attivitajiet transkonfinali fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali ta’ entitajiet awtorizzati, fis-sens tal-Artikolu 70(1) tal-Liġi dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali (Woningwet), għal kisba ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva bil-quddiem, sa fejn tali leġiżlazzjoni ma tkunx ibbażata fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji u magħrufin minn qabel, li jistgħu jillimitaw b’mod suffiċjenti l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008.