16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-559/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika soċjali - Artikolu 141 KE - Remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa - Sistema nazzjonali tal-pensjonijiet ċivili u militari - Trattament differenti fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ - Ġustifikazzjoni - Nuqqas)

2009/C 113/16

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u M. van Beek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: Spathopoulos, K. Boskovits, A. Samoni-Rantou, E.-M. Mamouna u S. Vodina, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 141 KE — Ksur tal-prinċipju ta’ remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa — Sistema nazzjonali ta’ pensjonijiet ċivili u militari li tipprovdi għal età ta’ rtirar li tvarja skont is-sess

Dispożittiv

1)

Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal differenzi bejn il-ħaddiema rġiel u nisa fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ skont il-kodiċi Grieg tal-pensjonijiet ċivili u militari istitwit mid-digriet presidenzjali Nru 166/2000, tat-3 ta’ Lulju 2000, fil-verżjoni applikabbli għal dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twetta l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 141 KE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.