30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju

(Kawża C-543/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/73/KE - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa - Aċċess għall-mpjieg - Taħriġ professjonali u promozzjoni - Kundizzjonijiet tax- xogħol - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2008/C 223/28)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: M. van Beek, aġent]

Konvenut: Ir-Renju ta' Belġju [rappreżentant: D. Haven, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU L 269, p. 15).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.