1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Imagination Technologies Ltd vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-542/07 P) (1)

(“Appell - Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni rrifjutata - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(3) - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Użu sussegwenti għad-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni”)

2009/C 180/13

Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Imagination Technologies Ltd (rappreżentanti: M. Edenborough, Barrister, P. Brownlow u N. Jenkins, Solicitors)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Settembru 2007, Imagination Technologies Ltd vs UASI (Pure Digital) (T-461/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 108/2004-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-16 ta’ Settembru 2004, li tiċħad l-appell kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PURE DIGITAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Imagination Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008