30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-540/07) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 56 KE - Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE - Tassazzjoni diretta - Taxxa f’ras il-għajn fuq dividendi li jitħallsu lil benefiċjarji barranin - Tpaċija fl-Istat tas-sede tal-benefiċjarju tad-dividend, skont ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja”)

2010/C 24/07

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: R. Lyal u A. Aresu, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: R. Adam, aġent, u P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 56 KE u 40 ŻEE — Sistema fiskali iktar oneruża, għad-dividendi mqassma lil kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħrajn u fl-Istati ŻEE, minn dik applikata għal dividendi “nazzjonali”

Dispożittiv

(1)

Billi ssuġġettat id-dividendi ddistribwiti lil kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra għal sistema fiskali inqas favorevoli minn dik applikata għad-dividendi ddistribwiti lill-kumpanniji residenti, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56(1) KE.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati tliet kwarti mill-ispejjeż kollha. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannta tbati l-kwart l-ieħor.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008