19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-536/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37/KEE - Kuntratt bejn entità pubblika u impriża privata għall-kiri, lil din l-entità, ta’ swali ta’ espożizzjoni li din l-impriża għandha tikkostruwixxi - Remunerazzjoni tal-impriża privata permezz tal-ħlas ta’ kera fix-xahar tul 30 sena)

2009/C 312/03

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Kukovec u R. Sauer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, J. Möller, aġenti, H.-J. Prieß, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 7 moqri fid-dawl tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għax-xogħlijiet] (ĠU L 199, p. 54) — Nuqqas milli jorganizza proċedura miftuħa għall-għoti ta’ kuntratt qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt bejn il-Belt ta’ Cologne u kumpannija privata tal-investiment, fuq il-kiri mill-Belt, għal perijodu fiss ta’ 30 sena permezz ta’ kera totali ta’ iktar minn EUR 600 miljun, ta’ erbat iswali ta’ espożizzjoni għall-fieri li għandhom jinbnew mill-imsemmija kumpannija privata skont dokument ta’ kuntratt dettaljat

Dispożittiv

(1)

Peress li l-belt ta’ Cologne ikkonkludiet il-kuntratt tas-6 ta’ Awwissu 2004 mal-kumpannija Grundstücksgesellschaft Köln Messe 15 bis 18 GbR, li saret Grundstücksgesellschaft Köln Messe 8 11 GbR, mingħajr ma applikat il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt previst fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7(4) u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għax-xogħlijiet], ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008