19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblica Franċiża

(Kawża C-507/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Proprjetà industrijali u kummerċjali - Disinni jew mudelli Komunitarji - Artikolu 80(2) - Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-lista tal-qrati)

(2008/C 183/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Krämer, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblica Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. Hare, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disin[ni jew mudelli] Komunitarji (ĠU 2002, L 3, p. 1) — Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-lista, prevista fl-Artikolu 80(2) tar-regolament iċċitat iktar 'il fuq, tal-qrati tad-disinni jew mudelli Komunitarji, li tindika isimhom u t-territorju tagħhom tal-ġurisdizzjoni.

Dispożittiv

1)

Fin-nuqqas ta' komunikazzjoni tal-qrati tad-disinni jew mudelli Komunitarji lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 80(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disin[ni jew mudelli] Komunitarji.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.