|
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-492/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/21/KE - Netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika - Kunċett ta' “abbonat’)
(2009/C 69/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Nijenhuis u K. Mojzesowicz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 2(k) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 108, p. 33) — Definizzjoni tal-abbonat
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma ttrasponietx korrettament id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(k) tagħha, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “abbonat”, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |