21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS, Association OABA vs Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables

(Kawża C-473/07) (1)

(Tniġġis u inkonvenjenzi - Direttiva 96/61/KE - Anness I - Punt 6.6(a) - Tkabbir intensiv ta' tjur - Definizzjoni - Kunċett ta' “tajra’ - Numru massimu ta' annimali għal kull installazzjoni)

(2009/C 69/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS, Association OABA

Konvenut: Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables

Fil-preżenza ta': Association France Nature Environnement

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'État (Franza) — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26) — Kamp ta' applikazzjoni rationae materiae tad-Direttiva — Installazzjonijiet intiżi għat-trobbija intensiva ta' tjur b'iktar minn 40 000 post (suġġetti għal sistema ta' awtorizzazzjoni) (punt 6.6. a) tal-Anness I tad-Direttiva) — Kunċett ta' “tjur” u ta' “post” — Inklużjoni jew le tas-summien, perniċi u ħamiem fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva? — Jekk dan huwa l-każ, ammissibbiltà ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li taqsam in-numru ta' annimali għal kull post skont l-ispeċji?

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta' “tajra” msemmi fil-punt 6.6(a) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, kif emendata mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003, tad-29 ta' Settembru 2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi s-summien, il-perniċi u l-ħamiem.

2)

Il-punt 6.6(a) tal-Anness I tad-Direttiva 96/61, kif emendata mir-Regolament Nru 1882/2003, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li twassal sabiex il-limiti għall-għoti ta' permess lil installazzjoni ta' tkabbir intensiv jiġu kkalkulati skont sistema ta' annimali-ekwivalenti li hija bbażata fuq it-tqassim ta' annimali f'postijiet skont l-ispeċji sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell ta' nitroġenu realment rilaxxjat mid-diversi għasafar.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.