|
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 — Isabel Clara Centeno Mediavilla, Delphine Fumey, Eva Gerhards, Iona M. S. Hamilton, Raymond Hill, Jean Huby, Patrick Klein, Domenico Lombardi, Thomas Millar, Miltiadis Moraitis, Ansa Norman Palmer, Nicola Robinson, François-Xavier Rouxel, Marta Silva Mendes, Peter van den Hul, Fritz Von Nordheim Nielsen, Michaël Zouridakis vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-443/07 P) (1)
(Appell - Regolamenti tal-persunal - Eċċezzjoni ta' illegalità tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII dwar il-klassifika tal-uffiċjali li ġew reklutati wara l-1 ta' Mejju 2004 - Konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Istatut - Nuqqas ta' ksur tad-drittijiet miksuba u tal-prinċipju tat-trattament ugwali)
(2009/C 44/29)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Isabel Clara Centeno Mediavilla, Delphine Fumey, Eva Gerhards, Iona M. S. Hamilton, Raymond Hill, Jean Huby, Patrick Klein, Domenico Lombardi, Thomas Millar, Miltiadis Moraitis, Ansa Norman Palmer, Nicola Robinson, François-Xavier Rouxel, Marta Silva Mendes, Peter van den Hul, Fritz Von Nordheim Nielsen, Michaël Zouridakis (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)
Il-partijiet l-oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Bauer, aġenti)
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża), tal-11 ta' Lulju 2007, Centeno Mediavilla et vs Il-Kummissjoni (T-58/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinnominawhom bħala uffiċjali taħt prova, safejn dawn jistabbilixxu l-klassifikazzjoni fil-grad tagħhom skond id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendati mir-Regolament Nru 723/2004, tat-22 ta' Marzu 2004 (ĠU L 124, p. 1) — Implikazzjoni tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda fuq is-sitwazzjoni ta' persuni msemmija f'lista ta' kandidati xierqa jew ta' lista ta' riżerva qabel id-data ta' dan id-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Mejju 2004, iżda maħtura wara din id-data — Prinċipji ta' ċertezza legali, ta' aspettattivi leġittimi u ta' trattament ugwali — Portata tal-obbligu ta' motivazzjoni
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
I. C. Centeno Mediavilla, D. Fumey, E. Gerhards, I. M. S. Hamilton, R. Hill, J. Huby, P. Klein, D. Lombardi, T. Millar, M. Moraitis, A. N. Palmer, N. Robinson, F-X. Rouxel, M. Silva Mendes, P. van den Hul, F. Von Nordheim Nielsen u M. Zouridakis huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tal-appell. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |