28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Alrosa Company Ltd

(Kawża C-441/07 P) (1)

(Appell - Pożizzjoni dominanti - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Suq dinji tad-djamanti mhux maħduma - Impenji individwali offruti minn kumpannija li jirrigwardaw it-terminazzjoni tax-xiri tagħha ta’ djamanti mhux maħduma minn kumpannija oħra - Deċiżjoni li tagħmel l-impenji individwali offruti minn kumpannija vinkolanti u li ttemm il-proċedura)

2010/C 234/03

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)

Appellata: Alrosa Company Ltd (rappreżentanti: R. Subiotto, QC, K. Jones, solicitor-advocate u S. Mobley, solicitor)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża) tal-11 ta’ Lulju 2007, Alrosa vs Il-Kummissjoni (T-170/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni 2006/520/KE, tat-22 ta’ Frar 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 54 ŻEE (Każ COMP/B-2/38.381 — De Beers) li tagħmel vinkolanti l-impenji meħuda minn De Beers li tieqaf milli tixtri d-djamanti mhux maħduma minn Alrosa mill-2009, wara fażi ta’ tnaqqis progressiv tal-volumi ta’ xiri tagħha mill-2006 sa l-2008 u li ttemm il-proċedura, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta’ Lulju 2007, Alrosa vs Il-Kummissjoni (T-170/06), hija annullata.

(2)

Ir-rikors ippreżentat minn Alrosa Company Ltd quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej huwa miċħud.

(3)

Alrosa Company Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tal-appell kif ukoll tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007