20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-406/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni tad-dividendi ta’ ishma ta’ kumpanniji - Rata ta’ taxxa fuq is-soċjetajiet)

2009/C 141/14

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent]

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: P. Mylonopoulos, M. Tassopoulou u I. Pouli, aġenti

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 u 56 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi eżenzjoni fiskali għad-dividendi li jitqassmu mill-kumpanniji nazzjonali, bl-esklużjoni ta’ dividendi li jitqassmu mill-kumpanniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

1)

Billi applikat għad-dividendi ta’ oriġini barranija sistema ta’ tassazzjoni nqas favorevoli minn dik applikata għad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 56 KE kif ukoll taħt l-artikoli korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, jiġifieri l-Artikoli 31 u 40 tiegħu.

Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul (liġi 2238/1994, kif emendata bil-liġi 3296/2004), li permezz tiegħu s-soċjetajiet barranin huma intaxxati iktar fil-Greċja mis-soċjetajiet nazzjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.