19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-395/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/48/KE - Osservanza tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

(2008/C 183/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u H. Krämer, agenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: M. Lumma, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jaddotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45 u — emenda — L 195, p. 16)

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tadotta, fi-terminu stabbilit, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.