21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Wienstrom GmbH vs Bundesminister für Wirtschaft und Arbeit

(Kawża C-384/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Artikolu 88(3) KE - Għajnuna ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Kawża bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-ammont tal-għajnuna illegalment implementata - Rwol tal-qorti nazzjonali)

(2009/C 44/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wienstrom GmbH

Konvenut: Bundesminister für Wirtschaft und Arbeit

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 88(3) KE — Skema ta' għajnuna mill-Istat implementata mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, iżda li l-verżjoni ulterjuri emendata tagħha, wara n-notifika tagħha, ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni, mingħajr ma ingħatat deċiżjoni negattiva fir-rigward tal-verżjoni l-qadima mhux innotifikata — Obbligi tal-qrati nazzjonali derivanti minn din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Dispożittiv

Il-projbizzjoni ta' implementazzjoni ta' għajnuna mill-Istat prevista fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE ma timponix lill-qorti nazzjonali, f'ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, sabiex tiċħad talba ta' benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-ammont tagħha li hija dovuta għal perijodu preċedenti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li taċċetta l-kompatibbiltà ta' din l-għajnuna mas-suq komuni.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.