18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – L-Olanda) – Staatssecretaris van Financiën vs Kamino International Logistics BV

(Kawża C-376/07) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tat-tariffi - Monitors tat-tip LCD mgħammra b’sokits ta’ SUB-D, DVI-D, USB, S-vidjo u vidjo kompost - Intestatura 8471 - Intestatura 8528 - Regolament Nru 754/2004)

2009/C 90/05

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Kamino International Logistics BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Hoge Raad der Nederlanden – Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 tal-11 ta’ Settembru 2003, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 281, p. 1) – Monitur tal-kulur li jista’ jittrażmetti sinjali li jkunu ġejjin minn magna li tipproċessa d-data awtomatikament u kif ukoll minn sorsi oħra – Klassifikazzjoni fl-intestatura 8471 tan-NM – Applikabbiltà u validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 754/2004 tal-21 ta’April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 118, p. 32)

Dispożittiv

1)

Monitors tali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali mhumiex esklużi mill-klassifika fis-subintestatura 8471 60 90, bħala unitajiet tal-kwalità użat “prinċipalment” f’sistema awtomatika ta’ ipproċessar ta’ data fis-sens tan-nota 5, B, inċiż (a), tal-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 tal-11 ta’ Settembru 2003, biss minħabba li dawn jistgħu jittrażmettu sinjali minn magna li tipproċessa data awtomatikament u kif ukoll minn sorsi oħra.

2)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk monitors bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex unitajiet tal-kwalità użata prinċipalment f’sistema awtomatika li tipproċessa d-data, l-awtoritajiet nazzjonali, inkluż il-qrati, għandhom jagħmlu użu minn indikazzjonijiet li jinsabu fin-noti ta’ spjega relatati mal-intestatura 8471 tas-sistema armonizzata stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983, u l-Protokoll li jemendaha tal-24 ta’ Ġunju 1986 , b’mod partikolari mal-punti 1 sa 5 tal-parti tal-Kapitolu I, D, iddedikata għall-iskrins ta’ magni ta’ pproċessar tad-data.

3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 754/2004 tal-21 ta’April 2004 dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, ma japplikax għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tat-tariffi tal-monitors inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007