7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Vestre Landsret — id-Danimarka) — Danfoss A/S, AstraZeneca A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-371/07) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 6(2) - Provvista ta' servizzi mingħajr ħlas magħmula mill-persuna taxxabbli għal skopijiet oħra barra dawk tan-negozju tagħha - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(6) - Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu fis-seħħ l-esklużjonijiet mid-dritt għal tnaqqis ipprovduti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fid-data meta s-Sitt Direttiva daħlet fis-seħħ)

(2009/C 32/11)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danfoss A/S, AstraZeneca A/S

Konvenuta: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal-deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(2) u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Dritt ta' tnaqqis tat-taxxa relatata ma' ikliet mogħtija mingħajr ħlas lill-klijenti u lill-persunal fil-kantin ta' kumpannija — Possibilità li l-Istati Membri jżommu fis-seħħ il-leġiżlazzjoni tagħhom fil-qasam tal-esklużjoni tad-drittt tat-tnaqqis fid-data li fiha daħlet fis-seħħ id-Direttiva.

Dispożittiv

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru japplika, wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva, esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input fuq l-ispejjeż marbuta mal-ikliet ipprovduti mingħajr ħlas lil kuntatti tan-negozju u lill-persunal fil-kuntest tal-laqgħat tan-negozju, meta, fid-data tad-dħul fis-seħħ, din l-esklużjoni ma kinitx effettivament applikabbli għal dawn l-ispejjeż, minħabba fi prattika amministrattiva li tintaxxa l-provvisti pprovduti minn dawn il-kantins sal-prezz tagħhom ta' produzzjoni kkalkulat fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-produzzjoni, jiġifieri l-prezz tal-materja prima kif ukoll l-ispiża tal-pagi relatati mal-preparazzjoni u l-bejgħ ta' dan l-ikel u x-xorb kif ukoll l-amministrazzjoni tal-kantins, sabiex ikun hemm dritt għal tnaqqis sħiħ tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa.

2)

L-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni, minn naħa, ma tkoprix l-provvista mingħajr ħlas ta' ikliet fil-kantins ta' impriżi għal kuntatti tan-negozju meta jkun hemm laqgħat miżmuma fil-bini ta' dawn l-impriżi, billi jirriżulta minn informazzjoni oġġettiva — li hija għall-qorti tar-rinviju sabiex tivverfika — li dawn l-ikliet huma pprovduti għal skopijiet strettament professjonali. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni tkopri fil-prinċipju l-provvista mingħajr ħlas ta' ikliet minn impriża lill-persunal tagħha fil-bini tagħha, sakemm — li huwa wkoll għall-qorti tar-rinviju sabiex tivverfika — l-eżiġenzi tal-impriżi, bħal dawk li jiggarantixxu t-tkomplija u t-tmexxija tajba tal-laqgħat tax-xogħol, titlob li l-provvista tal-ikliet tiġi assigurata minn min iħaddem.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.