20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-331/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-ikel - Regolament (KE) Nru 882/2004 - Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji)
2009/C 141/08
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Erlbacher, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Charitaki u I. Chalkias aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, p. 1) — Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji
Dispożittiv
1) |
Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirrimedja għan-nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |