23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Giessen, Verwaltungsgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Markus Stoß (C-316/07), Avalon Service-Online-Dienste GmbH (C-409/07), Olaf Amadeus Wilhelm Happel (C-410/07), Kulpa Automatenservice Asperg GmbH (C-358/07), SOBO Sport & Entertainment GmbH (C-359/07), Andreas Kunert (C-360/07) vs Wetteraukreis (C-316/07, C-409/07, C-410/07), Land Baden-Württemberg (C-358/07, C-359/07, C-360/07)
(Kawżi magħquda C-316/07, C-358/07 sa C-360/07, C-409/07 u C-410/07) (1)
(Artikoli 43 KE u 49 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Organizzazzjoni ta’ mħatri fuq il-kompetizzjonijiet sportivi suġġetta għal monopolju pubbliku fuq livell reġjonali - Għan ta’ prevenzjoni tal-inċitament għal infiq eċċessiv marbut mal-logħob u ta’ ġlieda kontra l-vizzju tal-logħob - Proporzjonalità - Miżura restrittiva li għandha realment tkun intiża sabiex tnaqqas l-opportunitajiet tal-logħob u biex tillimita l-attivitajiet tal-logħob tal-ażżard b’mod koerenti u sistematiku - Riklamar magħmul minn detentur ta’ monopolju u li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni fil-logħob tal-lotteriji - Logħob tal-ażżard ieħor li jista’ jkun propost minn operaturi privati - Espansjoni tal-offerta ta’ logħob tal-ażżard ieħor - Liċenzja maħruġa fi Stat Membru ieħor - Nuqqas ta’ obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku)
(2010/C 288/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qrati tar-rinviju
Verwaltungsgericht Giessen, Verwaltungsgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Markus Stoß (C-316/07), Avalon Service-Online-Dienste GmbH (C-409/07), Olaf Amadeus Wilhelm Happel (C-410/07), Kulpa Automatenservice Asperg GmbH (C-358/07), SOBO Sport & Entertainment GmbH (C-359/07), Andreas Kunert (C-360/07)
Konvenuti: Wetteraukreis (C-316/07, C-409/07, C-410/07), Land Baden-Württemberg (C-358/07, C-359/07, C-360/07)
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 49 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali u amministrattivi, l-attività ta’ ġbir ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti, iżda li tagħmel prattikament impossibbli, minħabba t-twaqqif ta’ monopolju tal-Istat, il-kisba ta’ din l-awtorizzazzjoni
Dispożittiv
(1) |
L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
(2) |
L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-fatt li operatur ikollu, fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, awtorizzazzjoni li tippermettilu li joffri logħob tal-ażżard ma jipprekludix li Stat Membru ieħor jissuġġetta, fl-osservanza tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, il-possibbiltà, għal tali operatur, li joffri tali servizzi lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju tiegħu, għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tiegħu stess? |