30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-311/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/105/KEE - Inklużjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa - Artikolu 6(1) - Lista tal-prodotti mediċinali approvati mis-sistema nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa li tistabbilixxi tliet kategoriji distinti mill-perspettiva tal-kundizzjonijiet għal rimbors - Terminu għall-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-inklużjoni ta' prodott mediċinali fil-kategoriji ta' din il-lista li joffru l-iktar kundizzjonijiet għal rimbors vantaġġjużi)

(2008/C 223/25)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u B. Schima, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8) — Leġiżlazzjoni nazzjonali fuq is-sigurtà soċjali li tistabilixxi lista ta' prodotti mediċinali approvati mis-sistema ta' assigurazzjoni tas-saħħa li fiha tliet kategoriji ta' prodotti mediċinali li huma distinti mill-perspettiva tal-kundizzjonijiet għal rimbors — Nuqqas li tistabbilixxi terminu li jikkorrispondi għal dak previst fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 89/105/KE għad-deċiżjonijiet dwar l-inklużjoni tal-prodotti mediċinali fl-iktar kategoriji vantaġġjużi.

Dispożittiv

1)

Billi ma pprovdiet għall-ebda terminu skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa, għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-inklużjoni ta' prodotti mediċinali fit-taqsima safra jew fit-taqsima ħadra tal-kodiċi ta' rimbors tal-prodotti mediċinali previst fil-Liġi ġenerali fuq l-assigurazzjoni soċjali (Allgemeines Sozialversicherungsgesetz), kif emendata bil-Liġi ta' l-2003 li timmodifika l-assigurazzjoni soċjali (Sozialversicherungs-Änderungsgesetz 2003), ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-dispożizzjoni.

2)

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.