6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV vs deutsche internet versicherung AG

(Kawża C-298/07) (1)

(Direttiva 2000/31/KE - Artikolu 5(1)(ċ) - Kummerċ elettroniku - Fornitur ta' servizzi permezz tal-Internet - Indirizz tal-posta elettronika)

(2008/C 313/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV

Konvenuta: deutsche internet versicherung AG

Suġġett

Talbaħ għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/31/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta' Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, p. 1) — Fornitur ta' servizz li joffri dawn is-servizzi esklużivament permezz tal-Internet billi jindika biss fuq is-sit tiegħu l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu u billi jpoġġi għad-dispożizzjoni tad-destinatarji spazju sabiex jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub — Ħtieġa, għal din il-persuna li tipprovdi s-servizz, li tindika wkoll numru ta' telefon

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/31/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta' Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), għandu jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta' servizzi huwa obbligat li jagħti lil dawk li jirċievu s-servizz, qabel kwalunkwe konklużjoni ta' kuntratt ma' dawn tal-aħħar, minbarra l-indirizz tiegħu ta' posta elettronika, informazzjoni oħra li tippermetti li jsir kuntatt rapidu kif ukoll komunikazzjoni diretta u effettiva. Din l-informazzjoni m'għandhiex neċessarjament tikkorrispondi għal numru tat-telefon. Hija tista' tinstab f'formola ta' kuntatt elettroniku, li permezz tagħha dawk li jirċievu s-servizz jistgħu jindirizzaw ruħhom lil fornitur ta' servizzi fuq l-Internet u li biha dan tal-aħħar jista' jirrispondi permezz ta' posta elettronika, ħlief f'sitwazzjonijiet fejn min jirċievi s-servizz, peress li ma jkollux, wara l-kuntatt b'mezz elettroniku mal-fornitur ta' servizzi, aċċess għal netwerk elettroniku, jitlob lil dan tal-aħħar għal aċċess għal mezz ta' komunikazzjoni mhux elettroniku.


(1)  ĠU C 223, 22.9.2007.