23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Scott SA, Département du Loiret, Ir-Repubblika Franċiza

(Kawża C-290/07 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Prezz preferenzjali għax-xiri ta’ art żviluppata - Determinazzjoni tal-valur tas-suq - Proċedura ta’ investigazzjoni formali - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Obbligu ta’ eżami diliġent u imparzjali - Portata tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Metodu tal-ispejjeż - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju)

(2010/C 288/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Flett, aġent)

Appellati: Scott SA (rappreżentanti: J. Lever QC, R. Griffith, M. Papadakis, Solicitors, J. Gardner u G. Peretz, Barristers), Département du Loiret (rappreżentant: A. Carnelutti, avukat), Ir-Repubblika Franċiza (rappreżentanti: G. De Bergues, S. Seam u F. Million, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2007, Scott vs Il-Kummissjoni (T-366/00), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/14/KE, tat-12 ta’ Lulju 2000, li tikkonċerna għajnuna mogħtija minn Franza favur Scott Paper SA/Kimberly-Clark (ĠU L 12, p. 1), safejn din tirrigwarda l-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ prezz preferenzjali ta’ art imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-29 ta’ Marzu 2007, Scott vs Il-Kummissjoni (T-366/00), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 183, 04.08.2007