7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Prim'Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — A.T. vs Finanzamt Stuttgart-Körperschaften

(Kawża C-285/07) (1)

(Direttiva 90/434/KEE - Skambju ta' ishma transkonfinali - Newtralità fiskali - Kundizzjonijiet - Artikoli 43 u 56 KE - Leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tissuġġetta ż-żamma tal-valur kontabbli tal-ishma miġjuba għall-ishma ġodda rċevuti, u għaldaqstant in-newtralità fiskali tat-trasferiment, għad-differiment ta' dan il-valur fil-bilanċ fiskali tal-kumpannija li tikseb [akkwirenti] barranija - Kompatibbiltà)

(2009/C 32/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A.T.

Konvenuta: Finanzamt Stuttgart-Körperschaften

Fil-preżenza ta': Bundesministerium der Finanzen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 1) u tal-Artikoli 43 u 56 KE — Azzjonist li jirċievi allokazzjoni ta' titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija akwirenti bi skambju għal titoli miżmuma mill-kumpannija akkwistata — Tassazzjoni tal-azzjonist tal-kumpannija akkwistata — Leġiżlazzjoni fiskali ta' Stat Membru li tissuġġetta l-possibbiltà, tal-azzjonist, li jattribwixxi l-valur skond il-kotba tal-azzjonijiet (Buchwertansatz) għat-titoli rċevuti bi skambju, taħt il-kundizzjoni li l-kumpannija akwirenti tattribwixxi hija wkoll, il-valur skont il-kotba lit-titoli skambjati (doppelte Buchwertverknüpfung)

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li skontha skambju ta' ishma jagħti lok għall-intaxxar, fil-kap tal-azzjonisti tal-kumpannija akkwistata, ta' profitt kapitali ta' trasferiment li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ispejjeż inizjali ta' akkwist tal-ishma ttrasferiti u l-valur tas-suq tagħhom, sakemm il-kumpannija li tikseb [akkwirenti] ma tiddiferixxix il-valur kontabbli storiku tal-ishma ttrasferiti fil-bilanċ tagħha tat-taxxa.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.