5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d'appello di Firenze — L-Italja) — Nancy Delay vs Universita' degli studi di Firenze, Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Repubblica italiana

(Kawża C-276/07) (1)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - Diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità - Kategorija ta' “assistenti għalliema ta' skambju’ - Ex assistenti għalliema ta' lingwa barranija - Rikonoxximent tad-drittijiet miksuba)

(2008/C 171/17)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d'appello di Firenze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nancy Delay

Konvenuta: Universita' degli studi di Firenze, Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Repubblica italiana

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte d'appello di Firenze — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 39 KE — Rikonoxximent tad-drittijiet miksuba ta' l-ex assistenti għalliema ta' lingwa barranija — Assistenti għalliema impjegati b'applikazzjoni ta' ftehim ta' skambju kulturali ma' Stati Membri oħra (“lettori di scambio”) — Applikabbiltà tal-prinċipji li jirriżultaw mill-kawżi C-212/99 u C-119/04

Dispożittiv

L-Artikolu 39(2) KE jipprekludi li, fil-kuntest tas-sostituzzjoni ta' kuntratt ta' xogħol għal żmien determinat bħala assistent għalliem ta' skambju minn kuntratt ta' xogħol għal żmien mhux determinat bħala kollaboratur u espert lingwistiku tal-lingwa materna, jiġi rrifjutat fil-konfront ta' persuna li tinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali r-rikonoxximent tad-drittijiet miksuba mid-data ta' l-ewwel reklutaġġ tagħha, b'konsegwenzi għal dak li jirrigwarda l-paga, it-teħid in kunsiderazzjoni ta' l-anzjanità u l-ħlas, minn min iħaddem, tal-kontribuzzjonijiet għal skema ta' sigurtà soċjali, sakemm ħaddiem nazzjonali f'sitwazzjoni simili kien jibbenefika minn rikonoxximent bħal dan. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.