29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-264/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/60/KE - Protezzjoni u mmaniġġjar ta' l-ilma - Nuqqas ta' twettieq ta' l-analiżi previsti - Nuqqas ta' komunikazzjoni tar-rapporti fil-qosor mitlub)

(2008/C 79/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 5(1) u 15(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, p. 1) — Nuqqas ta' preżentazzjoni tar-rapporti fil-qosor fuq l-analiżi meħtieġa skond l-Artikolu 5 fir-rigward ta' ċertu distretti idrografiċi — Nuqqas ta' twettieq ta' l-analiżi u ta' l-studji previsti mill-Artikolu 5(1) tad-direttiva

Dispożittiv

1)

Billi ma wettwitx għal kull distrett idrografiku fit-territorju tagħha analiżi tal-karatteristiċi tiegħu, studju ta' l-impatt ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-istat ta' l-ilmijiet tal-wiċċ u fuq l-ilmijiet ta' taħt l-art kif ukoll analiżi ekonomika ta' l-użu ta' l-ilma, skond l-istruzzjonijiet tekniċi previsti fl-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 5(1) ta' din id-direttiva u, billi ma ppreżentatx ir-rapporti fil-qosor rigward l-analiżi meħtieġa skond din id-dispożizzjoni, hija naqset ukoll milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 15(2) ta' l-imsemmija direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.