23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 51/26


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-244/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/50/KE - Interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta' veloċità kbira u tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stipulat)

(2008/C 51/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u P. Dejmek, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta' veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali (ĠU L 164, p. 114)

Dispożittiv

1)

Billi ma daħħalx fis-seħħ, fit-terminu stipulat, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta' veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond din id-Direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.