13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — C.A.S. SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-204/07 P) (1)

(Appell - Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 239 - Kodiċi Doganali Komunitarju - Ħlas lura u maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni - Konċentrat ta' meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija - Ċertifikati ta' ċirkulazzjoni - Falsifikazzjoni - Sitwazzjoni partikolari)

(2008/C 236/04)

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: C.A.S. SpA (rappreżentant: D. Ehle, Rechtsanwalt)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u S. Schønberg, agenti, M. Núñez-Müller, Rechtsanwalt)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tas-6 ta' Frar 2007, fil-kawża T-23/03, CAS vs Il-Kummissjoni, li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REC 10/01, tat-18 ta' Ottubru 2002, dwar talba għal maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni miġbura a posteriori fuq konċentrat tal-meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija importat permezz ta' ċertifikati ta' oriġini li rriżultaw foloz meta sar kontroll ulterjuri — Nuqqasijiet u żbalji mwettqa mill-awtoritajiet Torok u mill-Kummissjoni li jistgħu jkunu tali li joħolqu sitwazzjoni partikolari fis-sens ta' l-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) — Tqassim ta' l-oneru tal-prova fir-rigward ta' l-eżistenza ta' sitwazzjoni partikolari — Klassifikazzjoni ġuridika tad-dokumenti u tal-fatti

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-6 ta' Frar 2007, CAS vs Il-Kummissjoni (T-23/03), hija annullata.

2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2002 (REC 10/01) huwa annullat.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.