20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2009 — France Télécom SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-202/07 P) (1)

(Appell - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-servizzi tal-aċċess għall-internet b’veloċità għolja - Prezzijiet predatorji - Irkupru tat-telf sostnut - Dritt għall-allinjament)

2009/C 141/03

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: France Télécom SA (rappreżentanti: J. Philippe, H. Calvet, O.W. Brouwer, T. Janssens, avukati)

Appellata: Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier, aġent)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tat-30 ta’ Jannar 2007, France Télécom vs Il-Kummissjoni (T-340/03), li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ta’ France Télécom kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2003, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE (Każ COMP/38.233 — Wanadoo Interactive) — Suq tas-servizzi tal-aċċess għall-internet b’veloċità għolja (ADSL) — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Kunċett ta’ prezzijiet predatorji, ta’ allinjament fuq il-prezzijiet mitluba mill-kompetituri u ta’ rkupru tat-telf sostnut.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

France Télécom SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.07.2007.