16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-199/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 93/38/KEE - Avviż ta’ sejħa għal offerti - Twettiq ta’ studju - Kriterji għal esklużjoni awtomatika - Kriterji għal selezzjoni kwalitattiva u għall-għoti)

2010/C 11/02

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: D. Tsagkaraki, aġent, K. Christodoulou, dikigoros)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(2), 31(1) u (2), u 34(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal [li tikkordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti minn] entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU L 199, p. 84), kif ukoll tal-Artikoli 12 u 49 KE — Selezzjoni ta’ kandidati permezz ta’ proċeduri ristretti jew negozjati — Kriterji għal esklużjoni

Dispożittiv

(1)

Minħabba, minn naħa, l-esklużjoni, skont it-tieni subparagrafu tal-punt 2.1.3(b) tat-Taqsima III tal-avviż ta’ sejħa għal offerti maħruġ minn ERGA OSE AE fis-16 ta’ Ottubru 2003, innummerat 2003/S 205-185214 u 2003/S 206-186119, tad-ditti ta’ konsulenza u tal-konsulenti barranin li jkunu esprimew l-interess tagħhom f’kompetizzjonijiet imnedija minn ERGA OSE AE fis-sitt xhur qabel id-data tal-espressjoni ta’ interess fil-kompetizzjoni li hija s-suġġett tal-imsemmi avviż, u li kienu ddikjaraw kwalifiki li jikkorrispondu għal kategoriji ta’ diplomi differenti minn dawk li huma meħtieġa għal din il-kompetizzjoni, u minħabba, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ distinzjoni, fil-punt 2 tat-Taqsima IV tal-imsemmi avviż, bejn kriterji għal selezzjoni kwalitattiva u kriterji għall-għoti tal-kuntratt inkwistjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(2) u 34(1)(a), tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal [li tikkordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti minn] entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.