|
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-189/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KEE) Nru 2847/93 - Artikoli 2(1) u 31(1) u (2) - Regolamenti (KE) Nri 2406/96 u 850/98 - Skema ta' kontroll fis-settur tas-sajd - Standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti - Kontrolli u spezzjonijiet mhux sodisfaċenti - Nuqqas ta' adozzjoni tal-miżuri xierqa għas-sanzjoni tal-ksur - Eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet - Nuqqas ta' natura ġenerali mid-dispożizzjonijiet ta' regolament - Preżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' provi komplementari intiżi sabiex isostnu n-natura ġenerali u kontinwa tan-nuqqas - Ammissibbiltà)
(2009/C 44/15)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: P. Oliver u F. Jimeno Fernández, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1) u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93, tat-12 ta' Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (ĠU L 261, p. 1) — Ksur tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96, tas-26 ta' Novembru 1996, li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd (ĠU L 334, p. 1) u tal-Kunsill 850/98, tat-30 ta' Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, p. 1) — Kontrolli mhux sodisfaċenti — Nuqqas ta' adozzjoni ta' miżuri xierqa sabiex jiġi ssanzjonat il-ksur
Dispożittiv
|
1) |
Ir-Renju ta' Spanja,
huwa naqas mill-obbligi li huwa għandu taħt l-Artikoli 2(1) u 31(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 tal-Kunsill, tat-12 ta' Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd, kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2846/98 tal-Kunsill, tas-17 ta' Diċembru 1998. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |