|
24.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 128/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Zutphen, l-Olanda) — Proċeduri kriminali kontra Dirk Endendijk
(Kawża C-187/07) (1)
(Direttiva 91/629/KEE - Deċiżjoni 97/182/KE - Trobbija ta' l-għoġġiela - Imqajel individwali - Projbizzjoni milli jintrabtu l-għoġġiela - Tifsira tal-kelma “rbit’ - Materjal u tul tal-marbat - Differenzi fil-verżjonijiet lingwistiċi - Interpretazzjoni uniformi)
(2008/C 128/23)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Zutphen
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Dirk Endendijk.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Zutphen — Interpretazzjoni tal-punt 8 ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela (ĠU L 340, p. 28) moqri flimkien ma' l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/182/KE, ta' l-24 ta' Frar 1997, li temenda l-Anness li jinsab mad-Direttiva 91/629 (ĠU L 76, p. 30) — Kunċett ta' “rbit”
Dispożittiv
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991 li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/182/KEE, ta' l-24 ta' Frar 1997, għoġol ikun marbut meta jinżamm b'marbat, indipendentement mill-materjal u t-tul tiegħu u mir-raġunijiet għalfejn l-annimal ikun marbut.