30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberlandesgericht Frankfurt am Main — il-Ġermanja) — Emirates Airlines Direktion für Deutschland vs Diether Schenkel

(Kawża C-173/07) (1)

(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kumpens għal passiġġieri fil-każ ta' kanċellazzjoni ta' titjira - Kamp ta' applikazzjoni - Artikolu 3(1)(a) - Kunċett ta' “titjira’)

(2008/C 223/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emirates Airlines Direktion für Deutschland

Konvenuta: Diether Schenkel

Suġġett

Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91(ĠU L 46, p. 1) — Kunċett ta' “tluq” — Biljett bir-ritorn minn Stat Membru lejn Stat terz — Annullament tat-titjira lura

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal sitwazzjoni ta' vjaġġ bir-ritorn li fih il-passiġġieri li inizjalment ikunu telqu minn ajruport li jinstab fit-territorju ta' Stat Membru suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-trattat KE jerġgħu jaslu f'dan l-ajruport fuq titjira li titlaq minn ajruport li jinstab f'pajjiż terz. Iċ-ċirkustanza li t-titjira 'l barra u t-titjira lura huma s-suġġett ta' reżervazzjoni waħda hija mingħajr rilevanza għall-interpretazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.