28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Technische Glaswerke Ilmenau GMBH, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-139/07 P) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-iskop ta’ investigazzjoni - Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li jsir eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess)

2010/C 234/02

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniz

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz, P. Aaltoet u C. Docksey, aġenti)

Appellati: Technische Glaswerke Ilmenau GmbH (rappreżentanti: C. Arhold u N. Wimmer, avukati), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Wistrand, S. Johannesson u K. Petkovska, aġenti)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-14 ta’ Diċembru 2006, Technische Glaswerke Ilmenau GmbH vs Il-Kummissjoni (T-237/02), li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Mejju 2002, safejn din tiċħad lir-rikorrenti l-aċċess għal dokumenti relatati mal-proċeduri ta’ eżami tal-għajnuna mogħtija lilha mill-Istat — Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għal dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ eżami tal-għajnuna mogħtija mill-Istat — Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li tipproċedi għal evalwazzjoni konkreta u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess

Dispożittiv

(1)

Il-punti 1 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tal-14 ta’ Diċembru 2006, Technische Glaswerke Ilmenau vs Il-Kummissjoni (T-237/02), huma annullati.

(2)

Ir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej u li huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-28 ta’ Mejju 2002, sa fejn dan jirrifjuta aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Technische Glaswerke Ilmenau GmbH huwa miċħud.

(3)

Technische Glaswerke Ilmenau GmbH hija kkundannata minbarra għall-ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-każ ta’ dan l-appell.

(4)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 140, 23.06.2007.