4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — Il-Belġju) — Belgische Staat vs N.V. Cobelfret

(Kawża C-138/07) (1)

(Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 4(1) - Effett dirett - Leġiżlazzjoni nazzjonali bil-għan li titneħħa t-taxxa doppja mill-profitti mqassma - Tnaqqis tal-ammont ta' dividendi riċevuti mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent biss sa fejn tkun għamlet profitti taxxabbli)

(2009/C 82/05)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Belgische Staat

Konvenuta: N.V. Cobelfret

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [parent] u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 6) — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu għat-tneħħija tat-taxxa doppja fuq il-profitti mqassma — Kundizzjonijiet.

Dispożittiv

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li d-dividendi riċevuti minn kumpannija parent jiġu inklużi fil-bażi taxxabbli tagħha, sabiex sussegwentement jitnaqqsu minnha sa 95 % fejn, għall-perijodu taxxabbli kkonċernat, jibqa' bilanċ pożittiv ta' profitt wara t-tnaqqis tal-profitti eżentati oħra.

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 huwa mingħajr kundizzjonijiet u suffiċjentement preċiż sabiex ikun jista' jiġi invokat quddiem il-qrati nazzjonali.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.