21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Société Arcelor Atlantique et Lorraine, Sollac Méditerrannée, Société Arcelor Packaging International, Société Ugine & Alz France, Société Industeel Loire, Société Creusot Métal, Société Imphy Alloys, Arcelor SA vs Premier ministre, Ministre de l'Écologie et du Développement durable, Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie

(Kawża C-127/07) (1)

(Ambjent - Prevenzjoni u tnaqqis integrat tat-tniġġis - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet serra - Direttiva 2003/87/KE - Kamp ta' applikazzjoni - Inklużjoni tal-istallazzjonijiet tas-settur tal-azzar - Esklużjoni tal-istallazzjonijiet tas-setturi tal-kimika u tal-metalli mhux tal-ħadid - Prinċipju ta' trattament ugwali)

(2009/C 44/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Arcelor Atlantique et Lorraine, Sollac Méditerrannée, Société Arcelor Packaging International, Société Ugine & Alz France, Société Industeel Loire, Société Creusot Métal, Société Imphy Alloys, Arcelor SA

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l'Écologie et du Développement durable, Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'Etat — Validità, fid-dawl tal-prinċipju Komunitarju ta' trattament ugwali, tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32) — Differenza ta' trattament bejn l-istallazzjonijiet tas-settur tal-azzar, suġġetti għas-sistema ta' skambju ta' kwoti ta' gassijiet serra prevista mid-direttiva, u l-industriji tal-aluminju u tal-plastik, li jemettu gassijiet serra identiċi u li mhumiex suġġetti għal din is-sistema — Ġustifikazzjoni oġġettiva għal din id-differenza ta' trattament?

Dispożittiv

L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Ottubru 2004, fid-dawl tal-prinċipju ta' trattament ugwali, ma weriex elementi li jistgħu jaffettwaw il-validità tagħha safejn din trendi applikabbli l-iskema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għas-settur tal-azzar mingħajr ma tinkludi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha s-setturi tal-kimika u tal-metalli mhux tal-ħadid.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.