|
1.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-88/07) (1)
(Artikoli 28 KE u 30 KE - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 2001/83/KE - Prodotti mediċinali veġetali - Prodotti kklassifikati bħala prodotti mediċinali - Prodotti legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati bħala supplimenti tal-ikel jew prodotti tad-dieta fi Stati Membri oħra - Kunċett ta’ “prodott mediċinali” - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Ostakolu - Ġustifikazzjoni - Saħħa pubblika - Protezzjoni tal-konsumaturi - Proporzjonalità - Deċiżjoni Nru 3052/95/KE - Proċedura ta’ informazzjoni reċiproka dwar il-miżuri nazzjonali li jidderogaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan il-Komunità)
2009/C 102/04
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 28 u 30 KE – Ksur tal-Artikoli 1 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 3052/95/KE, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li tistabbilixxi proċedura għall-iskambju tat-tagħrif dwar il-miżuri nazzjonali li jidderogaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija ġewwa l-Komunità (ĠU L 321, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-Renju ta’ Spanja
|
|
2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |