26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiza

(Kawża C-67/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/24/KE - Prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali - Kodiċi tal-Komunità - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

(2008/C 22/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u R. Loosli-Surrans, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li temenda, fir-rigward ta' prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 85)

Dispożittiv

1)

Billi m'adottatx, fit-terminu preskritt, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li temenda, fir-rigward ta' prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Repubblika Franċiża naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.