29.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 79/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta' l-14 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-58/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/110/KE - Għajnuna f'każijiet ta' transitu għal raġunijiet ta' tneħħija bl-ajru - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)
(2008/C 79/11)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta' Novembru 2003, fuq l-għajnuna f'każijiet ta' transitu għal raġunijiet ta' tneħħija bl-ajru (ĠU L 321, p. 26)
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta' Novembru 2003, fuq l-għajnuna f'każijiet ta' transitu għal raġunijiet ta' tneħħija bl-ajru, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond din id-direttiva. |
2) |
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |