7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-24 ta' April 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Bozen — L-Italja) — Othmar Michaeler (C-55/07 u C-56/07), Subito GmbH (C-55/07 u C-56/07), Ruth Volgger (C-56/07) vs Arbeitsinspektorat der Autonomen Provinz Bozen (li sar l-Amt für sozialen Arbeitsschutz), Autonome Provinz Bozen

(Kawżi magħquda C-55/07 u C-56/07) (1)

(Direttiva 97/81/KE - Trattament ugwali bejn ħaddiema part-time u ħaddiema full-time - Diskriminazzjoni - Ostaklu amministrattiv ta' natura li jillimita l-possibbiltà ta' xogħol part-time)

(2008/C 142/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Bozen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Othmar Michaeler (C-55/07 u C-56/07), Subito GmbH (C-55/07 u C-56/07), Ruth Volgger (C-56/07)

Konvenut: Arbeitsinspektorat der Autonomen Provinz Bozen (li sar l-Amt für sozialen Arbeitsschutz), Autonome Provinz Bozen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht Bozen — Interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, u, b'mod partikolari, ta' l-Artikolu 137 KE, kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 97/81/KE tal-15 ta' Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-ĊEEP u mill-ETUC — Anness: Ftehim-Qafas fuq ix-xogħol part-time (ĠU L 14, p. 9) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lil min iħaddem, taħt piena ta' sanzjoni amministrattiva, li jibgħat lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-fotokopji tal-kuntratti ta' impjieg tal-ħaddiema impjegati fuq bażi ta' xogħol part-time — Obbligu ta' l-Istati Membri li jeliminaw l-ostakoli ta' natura ġuridika jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw il-possibbiltajiet ta' xogħol part-time — Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bejn ħaddiema part-time u ħaddiema full-time.

Dispożittiv

Il-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-ĊEEP u mill-ETUC, anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-ĊEEP u mill-ETUC, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżiġi n-notifikazzjoni lill-amministrazzjoni ta' kopja tal-kuntratti ta' xogħol part-time fi żmien 30 ġurnata mill-konklużjoni tagħhom.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.