29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-32/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/84/KE - Drittijiet ta' l-awtur - Dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta' l-awtur ta' xogħol oriġinali ta' l-arti)

(2008/C 79/10)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Vidal Puig u W. Wils, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta' l-awtur ta' xogħol oriġinali ta' l-arti (ĠU L 272, p. 32)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta' l-awtur ta' xogħol oriġinali ta' l-arti, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.