Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2008 – Rath vs UASI – Grandel (Epican Forte)

(Kawża T-373/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Epican Forte – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EPIGRAN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 33, 65, 66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 1069/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. Grandel GmbH u Matthias Rath.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Matthias Rath

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Epican Forte għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32 – Applikazzjoni Nru 2525251

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Dr. Grandel GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali EPIGRAN, inizjalment irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 1, 3 u 5, li attwalment għadha rreġistrata għal prodotti fil-klassi 3 (Trade mark Komunitarja Nru 560292), peress li l-oppożizzjoni ġiet diretta biss kontra r-reġistrazzjoni fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment


 Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Matthias Rath huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Dr. Grandel GmbH.