Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 – Evropaïki Dynamiki vs BĊE

(Kawża T‑279/06)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja – Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ żvilupp informatiku favur il-BĊE – Ċaħda ta’ offerta u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerenti oħrajn – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Raġuni għal esklużjoni – Awtorizzazzjoni li għandha tingħata minn awtorità nazzjonali – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli”

1.                     Dritt Komunitarju - Prinċipji - Dritt għal rimedju ġudizzjarju (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 230 KE u Artikolu 288 KE) (ara l-punti 45-49)

2.                     Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 75, 85)

3.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Interess ġuridiku (ir‑raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 98, 99)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tal-31 ta’ Lulju 2006, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ żvilupp informatiku favur il-BĊE, kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerenti oħrajn.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.